X’inhu l-NCF? – Sketch għat-tfal tal-primarji

Audrey Gauci, bil-għajnuna ta’ Elizabeth Saliba preparaw dan l-isketch biex permezz tiegħu jispjegaw lill-istudenti taħt l-għaxar snin x’inhu l-NCF u kif ser jaffetwa lilhom.  Dan intuża għall-ewwel darba waqt l-EkoSkola Seminar li sar f’Novembru 2011 permezz ta’ puppet show taparsi żewġ studenti qed jitkellmu dwar l-NCF.  Wara l-istudenti ingħataw l-opportunita’ jiddiskutu l-NCF u jipproponu s-suġġerimenti tagħhom.