Meta r-ramel sar blu – Ktieb b’tema ambjentali
Ktieb miktub bil-Malti immirat ghal etajiet minn 8 sa 12-il sena. Is-Sa Denise Muscat mhux biss kitbet l-istorja imma ħejjiet ukoll id-disinji għalih.
Il-ktieb hu spirat mill-għaram tar-ramel li hawn fil-gżejjer Maltin u l-Fekruna l-Komuni li tbejjet f’uħud mill-bajjiet ramlin f’malta u Għawdex. Il-ktieb jinkludi wkoll xi fatti storiċi u emfasi fuq l-effetti negattivi tal-plastik fuq il-kreaturi tal-baħar.
Il-pubblikazzjoni hija ta’ Horizons b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Fekruna anzjana qed tirrakkonta dwar bajja fejn kienet titla’ tbid snin ilu… Hemm bajja bir-ramel ħamrani fejn il-fjuri bojod tal-pankrazju jirriflettu l-kwiekeb. Fejn qalb il-baħar tħabbat kulur il-lapislazzuli.
“Ara titfixkel mal-ħbula! Attenta min-nies!” twiddeb lill-fekruna żagħżugħa. Iżda x’sabet din il-fekruna meta telgħet hi fuq din il-bajja tal-ħolm?
Book in Maltese aimed for ages 8-12, in Maltese.
The book has an environmental theme, inspired by local sand dunes and the sea turtle. It also has some historical facts and emphasis on the harmful effects of plastic on sea life.
All the illustrations are original.