Fonzu l-Fenek – Educational Song

A children’s song in Maltese featuring a day in the life of Fonzu l-Fenek.

Kanzunetta bil-Malti għat-tfal dwar ġurnata tipika ta’ Fonzu l-Fenek.

FONZU L-FENEK
Kliem u Mużika ta’ Michael Piscopo

Qalb il-fjuri roża
U s-siġar tar-rummien,
Ħienja l-annimali
Jgħixu lkoll flimkien.
Lola n-Nannakola
U Miċu, il-Qattus,
Ma’ seħibhom Fonzu
Il-fenek tant gustu-u-u-uż.

Fonzu l-Fenek
Jiekol il-ħaxix.
Fonzu l-Fenek
Skola ma jfallix.
Fonzu l-Fenek
Jilgħab bil-ballun.
Imur jorqod fit-tmienja
U fis-sebgħa jerġa’ jqum.

Fonzu fenek bravu
Iħobb jaqra xi ktieb,
U kif ilesti l-homework
Joħroġ jilgħab mal-ħbieb.
Jiġri fil-kampanja
Sabiex iżomm ħafif,
U meta jlesti jara
Illi l-post ħallih nadi-i-i-if.

Fonzu l-Fenek
Jiekol il-ħaxix.
Fonzu l-Fenek
Skola ma jfallix.
Fonzu l-Fenek
Jilgħab bil-ballun.
Imur jorqod fit-tmienja
U fis-sebgħa jerġa’ jqum.

Qalb il-fjuri roża
U s-siġar tar-rummien
Ħienja l-annimali
Jgħixu lkoll flimkien
Lola n-Nannakola
U Miċu, il-Qattus
Ma’ seħibhom Fonzu
Il-fenek tant gustu-u-u-uż.

Fonzu l-Fenek
Jiekol il-ħaxix.
Fonzu l-Fenek
Skola ma jfallix.
Fonzu l-Fenek
Jilgħab bil-ballun.
Imur jorqod fit-tmienja
U fis-sebgħa jerġa jqum.

Ma’ Miċu u Lola
Jaqbeż u jogħla.
Wara l-iskola
Jilagħbu fil-kampanja
Sakemm isir il-ħi-i-i-in.

Fonzu l-Fenek
Jiekol il-ħaxix.
Fonzu l-Fenek
Skola ma jfallix.
Fonzu l-Fenek
Jilgħab bil-ballun.
Imur jorqod fit-tmienja
U fis-sebgħa jerġa’ jqum.

Fonzu l-Fenek
Jiekol il-ħaxix.
Fonzu l-Fenek
Skola ma jfallix.
Fonzu l-Fenek
Jilgħab bil-ballun.
Imur jorqod fit-tmienja
U fis-sebgħa jerġa’ jqum.

Imur jorqod fit-tmienja
U fis-sebgħa jerġa’ jqum.

Arranġament mużikali u vuċi – Phyllisienne Brincat.
Irrekordjata ġewwa Sweet Notes Studios – Qawra, Malta.
Copyright (c) 2013