Ġimgħa Żgħażagħ Ewropej – Vuċi liż-żgħażagħ permezz tal-programm EkoSkola

April 19, 2024

Nhar id-dsatax ta’ April,  waqt it-tmintax-il edizzjoni tal-EkoSkola fil-Parlament iż-żgħażugħa Lisa Aquilina,  students ta 17-il sena, f’isem żgħażagħ bħalha qrat u preżentat memorandu li inġabar wara diskussjonijiet bejn diversi żgħa’agħ fejn identifikaw temi li jinkwetawhom u għamlu proposti konkreti relatati magħhom. Wara li inqara, din il-memorandu bi proposti għal Malta u Ewropa ġie imressaq lill-Kamra bil-permess tad-Deputy Speaker, Onor. David Agius.  Kopja tal-istess memorandu ingħata wkoll lill-mexxejja taż-żewġ partiti sabiex dawn jgħadduh lill-Membri Parlamentari Ewropej u kandidati tal-partit tagħhom.

Dan il-memorandu u l-preżentazzjoni tiegħu sar bħala parti minn proġett minn Nature Trust – FEE Malta għall-Ġimgħa Żgħażagħ Ewropej issapportjat mill-EUPA u Kummisjoni Ewropeja.

Il-Memorandum jgħid hekk:

Aħna ż-żgħażagħ impenjati fil-programm EkoSkola, inħeġġukom sabiex f’ħidmietkom tagħtu prijorità lill-iżvilupp sostenibbli fit-territorju Ewropew. Id-deċiżjonijiet li sa jittieħdu mill-Parlament Ewropew għandhom impatt kbir fuq il-futur tagħna. Għalhekk nemmnu li ħidmietkom trid tindirizza dawn it-tliet punti ewlenin:

Azzjoni Klimatika: It-tibdil fil-klima hu theddida għall-pjaneta tagħna u kull min jgħix fiha. Nappellaw lill-kandidati għall-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej biex jappoġġaw u jippromwovu politika klimatika ambizzjuża li tagħti prijorità lill-enerġija rinnovabbli, in-

newtralità tal-karbonju, u l-miżuri ta’ adattament. L-Unjoni Ewropea għandha tmexxi bl-eżempju fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u b’livell baxx ta’ karbonju.

Konservazzjoni tal-Bijodiversità: Ir-rata li biha qed tinqered il-bijodiversità hi allarmanti, u qed tipperikola l-ekosistemi u s-servizzi li jipprovdu. Il-kandidati għall-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej għandhom jappoġġjaw u jippromwovu inizjattivi li jipproteġu u jirrestawraw il-bijodiversità madwar l-Ewropa, inkluż il-konservazzjoni tal-abitati naturali, prattiċi agrikoli sostenibbli, u l-preservazzjoni ta’ speċi fil-periklu. Iż-

żamma tal-bijodiversità hija essenzjali għas-saħħa tal-pjaneta tagħna u tal-abitanti kollha tagħha.

Ekwità Soċjali u Inklużjoni: L-iżvilupp sostenibbli għandu jkun inklużżiv u ekwu, u ma jħalli lil ħadd lura. Il-kandidati għall-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej għandhom jappoġġaw u jippromwovu politika li tindirizza l-inugwaljanzi soċjali,

jippromwovu l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, u jiżguraw opportunitajiet ta’ impjiegi ġusti u dinjitużi għal kulħadd. Il-bini ta’ futur sostenibbli jeħtieġ impenn għall-ġustizzja soċjali u s-solidarjetà fost il-membri kollha tas-soċjetà għax b’hekk tinħoloq klima ta’ rispett, serħan il-moħħ u paċi.

Aħna, iż-żgħażagħ ta’ EkoSkola, lesti nappoġġaw u nikkollaboraw mal-Membri Parlamentari Ewropej li jagħtu prijorità lil dawn il-kwistjonijiet kritiċi. Flimkien, nistgħu nsawru triq lejn futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Grazzi għall-attenzjoni tiegħek.

Żgħażagħ impenjati fil-Programm EkoSkola

 

 

Past Newsletters

Local Newsletters

International Newsletters

View All